Insomma, stembaħt il-Ħadd filgħodu Bla ma stajt inżomm rasi mingħajr weġgħa. U l-birra ta’ filgħodu kienet tajba, Allura għad-diżerta hadt birra oħra.
Imbagħad fittixt fost ħwejġi fil-gradenza U sibt il-qmis l-inqas maħmuġa. Ħsilt wiċċi w għamilt xagħri U nżilt it-taraġ biex niffaċja l-jum
Il-lejl ta’ qabel kont imlejt moħħi bid-duħħan Tas-sigarretti u l-ghanjiet li kont daqqejt. Iżd’issa xorta qabbadt ieħor u qadt nosserva tifel Jagħti bis-sieq lil landa vojta.
Imbagħad qsamt it-triq U xammejt riħa ta’ xi hadd jaqli tiġieġa U balleċ, fakkritni f’xi ħaġa li kont tlift, B’xi mod, x’imkien, matul it-triq.
Fuq bankina l-Ħadd filghodu Nixtieq li kont imdamdam. Għax il-Ħadd għandu xi haġa Li ġġieghlek tħossok waħdek.
U ħlief il-mewt m’hemm xejn Ta’ dieqa daqs il-ħoss Ta’ bankina f’belt li għada rieqda, U nieżel il-Ħadd filgħodu.
Fil-ġnien rajt missier Ibandal tifla ckejkna kollha daħq. U waqaft ħdejn tad-duttrina Nissemma’ l-innijiet li qed ilissnu.
Imbaghad komplejt fit-triq, Fil-bogħod ħoss ta’ qanpiena waħdanija Jiddi fil-wied Bħall-ħolm tal-bieraħ li qed jisparixxi.
| Entry #14755 — Discuss 0
|
Il-Ħadd Filgħodu, Nieżel Nieżel
Imbagħad qomt il-Ħadd filgħodu Nagħmel x’nagħmel, l-uġiegħ f’rasi ma jtaffix. U l-birra li nftart biha niżlet għasel Tant li niżżilt oħra għad-diżerta.
Mort gerfixt fil-gwardarrobba qalb il-ħwejjeġ Sakemm sibt qmis mhux wisq maħmuġa. Imbagħad ħsilt wiċċi, imxatt xagħari U, kif stajt, inżilt it-taraġ, nilqa’ l-jum.
Il-lejl ta’ qabel kont fgajt moħħi B’sigarretti u kant li kont għażilt. ‘mma kebbist tal-ewwel u qatt nara tifel zgħir Jilgħab b’bott u jtih bis-sieq.
Imbagħad qsamt it-triq u mort in-naħa l-oħra U xammejt riħa tal-Ħadd, tiġieġ jinqela. U, Sinjur, kif ħadni lura għal xi ħaġa li kont tlift Xi mkien, b’xi mod matul it-triq.
Mal-bankina, l-Ħadd filgħodu Kemm nixtieq, Sinjur, li għadni mdamdam. Għax fil-Ħadd insib xi ħaġa Illi ġġegħelek tħossok waħdek.
U barra l-mewt m’hemm xejn li jġegħlek Tħossok waħdek daqs il-ħoss Ta’ bankina f’belt qed tongħos U l-Ħadd filgħodu, nieżel nieżel.
Fil-park viċin ilmaħt missier Ma tifla zgħira daħqana, ibandalha. U waqaft ħdejn knisja żgħira Nismagħom ikantaw dawk l-innijiet.
Imbagħad tlaqt għal għonq it-triq Fil-bogħod it-tokki ta’ qanpiena waħdanija Kienu jidwu tul il-ħondoq Bħall-memorji jisparixxu tal-ħolm tal-bieraħ. | Entry #14992 — Discuss 0
|